Malta toffri li tieħu 39 immigrant ... imma Open Arms trid li pajjiżna jieħu 160

39 immgrant salvati fiż-żona ta' Tfittxija u Salvataġġ ta' Malta, imma hemm 121 oħrajn...

(Arkivji)
(Arkivji)

Matul il-lejl, vapur tal-għaqda non governattiva (NGO) Open Arms salvat 39 immigrant li kellhom bżonn l-għajnuna fiż-żona ta' Tfittxija u Salvataġġ ta' Malta. 

Operazzjoni tal-AFM diġà tinsab għaddejja biex dawn id-39 immigrant jinġiebu Malta b'dgħajsa tal-AFM, iżda fi stqarrija l-Gvern qal li Open Arms qed qed tagħmel kundizzjoni fuq Malta biex tieħu 121 immigrant ieħor ukoll li nstabu f'żona li tagħha Malta mhix responsabbli. 

Il-Gvern qal li Malta se ġġorr ir-responsabilità tagħha biss "ladarba m'hemmx soluzzjonijiet oħrajn."

More in Politika