Il-prezzijiet tal-petrol u diesel jogħlew b'5ċ kull litru minn għada

L-Enemed qalet illi dawn il-prezzijiet ġew riveduti minħabba bidla fil-prezz internazzjonali taż-żejt

Jogħla b'5ċ il-petrol u diesel
Jogħla b'5ċ il-petrol u diesel

L-Enemed ħabbret li minn għada l-1 ta’ Awwissu 2019, il-prezz tal-prodotti tal-fjuwils ser ikunu jogħlew kif ġej:

• Il-prezz tal-Petrol magħruf bħala E-Unleaded se jitla’ minn €1.36 il-litru għal €1.41 il-litru 

• Il-prezz tad-Diesel magħruf bħala E-Diesel se jitla’ minn €1.23 il-litru għal €1.28 il-litru

• Il-prezz tal-Petrol Super magħruf bħala E-Power Petrol se jitla’ minn €1.51 il-litru għal €1.56 il-litru

• Il-prezz tad-Diesel Super magħruf bħala E-Power Diesel se jitla’ minn €1.33 il-litru għal €1.38 il-litru

L-Enemed qalet illi dawn il-prezzijiet ġew riveduti minħabba bidla fil-prezz internazzjonali taż-żejt. Il-prezzijiet f’Malta kienu ilhom stabbli għal aktar minn sena," tfakkar. 

More in Politika