Se jitħawwlu aktar minn 1,000 siġra fin-nofsinhar ta' Malta

L-ERA tgħid illi bħala parti mill-proġett ta' Vjal Santa Luċija se jitħawlu ftit iktar minn 1,000 siġra

Il-proġett kif se jdher meta jkun lest
Il-proġett kif se jdher meta jkun lest

Fi stqarrija l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi sostniet illi  x-xogħlijiet kollha li jinvolvu siġar bħala parti mill-proġett ta’ Vjal Santa Luċija u Ħal Tarxien se jsiru taħt l-iskrutinju tal-ERA.

"1,011-il siġra se jitħawlu (757) jew jiġu trapjantati (254) siġra fl-istess żona, liema zona tinkludi Raħal Ġdid, Santa Luċija, Għaxaq, Tarxien, Marsa, Żejtun, Marsaskala, Ħal Luqa u Ħaż-Żabbar. Meta l-proġett jitlesta, se jkun hemm madwar 300 siġra ġdida fl-istess żona milli hemm bħalissa"

L-awtorità alet illi dan jikkumpensa għal 293 siġra li ser jinqalgħu mill-għeruq bħala parti mill-pjan għal proġett ta' toroq li jiddevja t-traffiku bejn Triq Tal-Barrani u Vjal Santa Luċija, permezz ta' mini taħt l-art.

"Barra minn hekk, 1,257 siġra ser jiġu mħawla fil-Magħtab / Għadira s-Safra u fil-Park tal-Majjistral."

L-istqarrija kompliet tispjega kif l-Olea europaea, Ficus microcarpa u Morus alba trapjantati għandhom jinżammu mid-detentur tal-permess għal perjodu ta' tliet snin mit-tħawwil. L-evidenza tat-trapjant għandha tintbagħat lill-ERA fi żmien xahar mit-tħawwil.

"Jekk xi waħda mis-siġar trapjantati tmut f'dan il-perjodu, id-detentur tal-permess għandu jissostitwixxi s-siġar fl-ewwel staġun tat-tħawwil, b'siġar tal-istess speċi. Id-detentur tal-permess għandu jispezzjona s-siġra trapjantata regolarment biex jagħti l-kura meħtieġa u jimmonitorja l-irkupru tas-siġar."

More in Politika