Numru ta' djar jispiċċaw mimlija siment mal-faċċata f'Tas Sliema

Inċident f'Tas Sliema ħalla diversi faċċati ta' djar mċappsa bis-siment

Ħaddiema jnaddfu l-faċċati ta' djar li ntlew bis-siment | Ritratt ta' Zak Camilleri
Ħaddiema jnaddfu l-faċċati ta' djar li ntlew bis-siment | Ritratt ta' Zak Camilleri

Inċident li seħħ fi Triq in-Nazzarenu f'Tas Sliema ħalla numru ta' djar bil-faċċata kollha siment. Persuna li kienet fuq il-post spjegat kif pajp ta' trakk li kien għaddej b'xogħol marbut ma' kostruzzjoni kellu xi ħsara li wasslet biex ammont ta' siment spiċċa mal-faċċati tad-djar privati. 

Il-ħaddiema tal-kuntrattur bdew mill-ewwel bil-ħidma tagħhom biex ineħħu s-siment minn mal-bankini u anke minn mal-faċċati

More in Politika