'Kont inkun traditur li kieku żammejt ħalqi magħluq u ma għidt xejn'

Ivan Bartolo saħaq li wara l-proċess tal-lum, il-PN irid jagħti l-appoġġ jew jieqaf jopponi lill-kap, ikun min ikun

Ivan Bartolo jidirizza l-Kunsill Ġenerali
Ivan Bartolo jidirizza l-Kunsill Ġenerali

Meta kien qed jitkellem waqt il-Kunsill Ġenerali, Ivan Bartolo, membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, appella biex ħadd ma jsejjaħlu traditur.

“Aħna differenti, aħna m’għandniex rejiet u salvaturi,” sostna Bartolo li qal illi huwa l-Partit Laburista li għandu r-rejiet u s-salvaturi.

“Kont inkun traditur li kieku żammejt ħalqi magħluq u ma għidt xejn. Jiġri x’jiġri llum aħna għandna d-dover li min se jkun il-Kap wara l-proċess tal-lum, jew nagħtuh appoġġ jew niefqu nopponuh,” sostna Bartolo.

Tul id-diskors tiegħu, xi kultant imwaqqaf bl-għajjat u l-kummenti ta’ dawk preżenti, Ivan Bartolo saħaq li hemm ċans li l-Partit Laburista, fl-elezzjoni li jmiss, jirbaħ żewġ terzi fil-Parlament.

Kien hawn li reġa’ tenna li jiġri x’jiġri llum, il-PN għandu jiffoka fuq dak li jgħaqqad.

“Dak li jgħaqqadna huwa l-partit u d-demokrazija,” saħaq Ivan Bartolo.

Aqra hawn x'qal ftit qabel Justin Schembri.

More in Politika