Il-Forzi Armati jsalvaw 76 immigrant u jwasluhom Malta

L-immigranti kienu mill-Ghana, Guinea u s-Sudan u huma kollha rġiel

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Grupp ta’ 76 immigrant ġew salvati mill-Forzi Armati u ddaħħlu Malta lbieraħ filgħaxija.

Kelliem għall-Forzi Armati kkonferma li l-immigranti nstabu fiż-żona tat-tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

L-immigranti kienu mill-Ghana, Guinea u s-Sudan u huma kollha rġiel.

Intant, ilbieraħ, skont l-Aġenzija tan-Nazzjonijiet Magħquda għar-Refuġjati, ‘il fuq minn 150 persuna għerqu meta d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet u għerqet.

150 persuna oħra kienu salvati u ttieħdu lura l-Libja.

More in Politika