17-il ministru mill-Kabinett ta' May rriżenjaw jew inkella baqgħu bla rwol

L-aktar ministeri importanti, Johnson tahom lil persuni li miegħu kkampanjaw favur Brexit

Ilbieraħ, il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit ħatar il-Kabinett tiegħu u mistenni jlaqqgħu għall-ewwel darba llum.

Wara, Johnson, mistenni jindrizza għall-ewwel darba lill-Parlament bħala Prim Ministru.

Johnson għamel bidla kbira fil-Kabinett anke għax aktar min-nofs il-Kabinett ta’ Theresa May, jiġifieri 17-il ministru, irriżenjaw jew inkella ma ngħatawx rwol.

L-aktar ministeri importanti, Johnson tahom lil persuni li miegħu kkampanjaw favur Brexit.

Ilbieraħ, fl-ewwel diskors tiegħu, Boris Jonhson saħaq aktar minn darba li huwa determinat li Brexit iseħħ sal-31 ta’ Ottubru.

Ir-Renju Unit kellu jitlaq mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu, iżda Theresa May kienet kostretta titlob estensjoni wara li, għal tliet darbiet,  il-Parlament ma approvax il-ftehim li hi nnegozjat mal-UE.

More in Politika