Jonqsu għal 1,600 dawk li jirreġistraw għax-xogħol f'Ġunju

Il-qgħad ikompli jonqos f'Ġunju għalkemm tkun irreġistrata żieda żgħira fost dawk li għandhom sa 29 sena

F'Ġunju li għadda n-numru ta' persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol naqas għal 1,616 u allura naqas b'9.1% meta mqabbel mal-istess xahar is-sena l-oħra. 

Il-qgħad naqas fost il-gruppi kollha ta' persuni, ħlief fost dawk ta' 20 sena jew inqas u dawk bejn l-20 u d-29 sena. 

L-akbar tnaqqis kien fost dawk li kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol għal aktar minn sena, bin-numru ta' persuni b'diżabilita li qed jirreġistraw jonqos b'68 meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. 

L-aktar xogħol mfittex fost dawk li qed jirreġistraw huwa dak klerikali, b'18.8% tal-irġiel qiegħda u 39.3% tan-nisa qiegħda jirreġistraw għal dan it-tip ta' impjieg.

More in Politika