Illum il-Kunsilliera tal-PN jibdew jivvotaw dwar il-futur ta' Adrian Delia

Il-votazzjoni bikrija se tkun qed tiftaħ u tagħlaq illejla stess kemm fid-Dar Ċentrali tal-Pietà u anke f'Ta' Sannat

Illum, diversi Kunsiliera tal-Partit Nazzjonalista, li nhar is-Sibt ma jistgħux jivvutaw, se jkunu qed jitfgħu l-vot tagħhom dwar il-futur ta' Adrian Delia.

Il-votazzjoni bikrija tiftaħ illejla fl-5pm u tibqa' sejra sat-8pm, kemm fid-Dar Ċentrali tal-Pietà kif ukoll fil-kwartieri ġenerali tal-Partit f'Għawdex f'Ta' Sannat.

Intant, il-votazzjoni tkompli nhar is-Sibt li ġej, waqt Kunsill Ġenerali Straordinarju, bejn l-10am u s-6pm.

Sat-8pm ta' nhar is-Sibt filgħaxija se nkunu nafu kif jaħsbuha l-Kunsilliera dwar Adrian Delia

Il-mistoqsija, li l-Kunsillera qed jivvotaw fuqha hija: 'Int trid li Adrian Delia jibqa' jmexxi l-Partit Nazzjonalista sal-elezzjoni ġenerali li jmiss?'.

Adrian Delia sejjaħ dan il-Kunsill Ġenerali wara laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv.

Dan wara li nġabru 'l fuq minn 150 firma mill-Kunsilliera jitolbu vot dwar Adrian Delia u għadd ta' firem oħra minn Kunsilliera u tesserati li huma favur li Adrian Delia jibqa' fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista.

More in Politika