Dalli tilqa' lil Juncker fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru u l-President tar-Repubblika

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker għadu kemm wasal Malta għall-żjara uffiċjali ta' jumejn.

Huwa ġie milqugħ fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza Helena Dalli.

Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George Vella.

More in Politika