Ir-raġel miżmum wara s-sejba ta' katavru, jintbagħat seba' snin ħabs wara serqa

Ir-raġel tressaq il-Qorti wara li kien inqabad fil-fatt jisraq minn ħanut fil-Gżira

L-akkużat waqt l-arrest tiegħu fil-Gżira (Ritratt: One News)
L-akkużat waqt l-arrest tiegħu fil-Gżira (Ritratt: One News)

Ir-raġel, li skont rapporti qed ikun miżmum wara s-sejba ta’ katavru fil-Belt Valletta, ingħata sentenza ta’ seba’ snin ħabs wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat.

John Paul Charles Woods, li għandu 39 sena, tressaq wara li ġie arrestat waqt li kien qed iwettaq hold up minn ħanut fil-Gżira.

Huwa wieġeb ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, fosthom li seraq, li wettaq ħsara fuq il-ħanut, li hedded impjegat u anke rreżista l-arrest.

Instab ħati wkoll li kiser żewġ ordnijiet ta' probation.

Minkejja d-diversi rapporti, fil-Qorti ma nstema’ xejn dwar is-sejba ta’ katavru fil-Belt Valletta li x’aktarx huwa ta’ tfajla rrapportata nieqsa ħdax-il sena ilu.

 

More in Politika