Il-Pulzija tinvestiga filmati wara att vandalu fuq il-bini tal-ERA

Fi stqarrija, l-ERA qed tisħaq li l-att vandalu hu relatat mad-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ favur il-proġett Central Link Highway

 

Il-linja l-blu turi l-firxa tal-proġett Central Link approvat ilbieraħ
Il-linja l-blu turi l-firxa tal-proġett Central Link approvat ilbieraħ

Il-Pulizija qed tinvestiga filmati ta’ CCTV wara vandaliżmu li sar matul il-lejl li għadda fuq il-bini tal-Awtorità għall-Ambjent u r -Riżorsi.

Fi stqarrija, l-ERA qalet li x’aktarx li dan l-att vandalu hu relatat mad-deċiżjoni li ttieħdet ilbieraħ favur il-proġett Central Link Highway.

L-ERA insistiet li bħala konsulent estern mal- Awtorità tal-Ippjanar, tul ix-xhur li għaddew eżaminat dan il-proġett bir-reqqa u assessjat l-istudji u d-dettalji tal-Environmental Impact Assessment.

Fakkret li hi ħejjiet ir-rapporti tagħha b’għadd ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet.

Innutat kif ħafna mill-pjanijiet oriġinali ta’ dan il-proġett ġew mibdula biex l-impatt fuq is-siġar jonqos b’mod drastiku u jonqos b’mod sinifikanti l-impatt fuq l-art li se tkun qed ttieħed.

Ritratti ppubblikati fuq is-sit Times of Malta juru graffiti mal-ħajt bil-kliem: "ERA Mafja" u anke "Central Link."

More in Politika