L-MUT b'sett ta' direttivi għall-impjegati fis-servizzi tal-istudenti

Dawn id-direttivi se jidħlu fis-seħħ min-nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju

Il-Unjin Maltija tal-Għalliema ħabbret sett ta’ direttivi industrijali għal dawk li jaħdmu fis-Servizzi tal-Istudenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u fis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika.

Fi stqarrija, l-MUT spjegat kif dawn id-direttivi tħabbru wara negozjati ta’ 12-il xahar dwar ftehim ġdid għall-gradi f’’dan is-servizzi li jinkludu Counsellors, Career Advisors, Youth Workers, Resource Workers u oħrajn.

L-MUT insistiet li l-Ministeru qed ifalli milli jirrikonoxxi l-importanza ta’ dawn il-gradi, anke jekk ħafna qed jitilqu, tant li hemm nuqqas ta’ serju ta’ staff li qed jaffettwa s-servizzi offruti lill-istudenti.

Fost oħrajn, id-direttivi huma dawn:

  • Ma jaħdmux fuq My Journey
  • Ma jissottomettux rapporti, lanqas dak annwali
  • Ma jweġbux imejls mill-management
  • Ma jweġbux telefonati mill-management
  • Ma jattendux laqgħat organizzati mill-management
  • Ma jikkommonikawx mal-managment

Dawn id-direttivi se jidħlu fis-seħħ min-nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju.

More in Politika