Kumpanija internazzjonali se tistudja l-potenzjal għat-tiftix għaż-żejt f'Malta

Il-medda ta’ art fil-baħar li se tkun studjata hija kbira 6,400 kilometru kwardu

Ġie ffirmat ftehim mal-kumpanija Edison International, sussidjara tal-kumpanija Edison Explorain and Production biex twettaq studju tal-potenzjal għat-tiftix għaż-żejt, fi tliet żoni fil-baħar in-naħa ta’ fuq ta’ Malta.

Dan il-ftehim huwa għal sena li jista’ jiġi estiż għal sentejn.

Il-medda ta’ art fil-baħar li se tkun studjata hija kbira 6,400 kilometru kwardu.

Skont il-ftehim, il-kumpanija għandha l-obbligazzjoni li tagħmel studju ġeoloġiku u ġeofiżiku fuq informazzjoni li diġà għandu l-Gvern dwar din iż-żona.

Fi stqarrija, il-Gvern spjega kif il-kumpanija Edison għandha madwar disgħin liċenzja f’għaxar pajjiżi fiż-żona tal-Mediterran u fin-Nofsinhar tal-Ewropa bi produzzjoni medja ta’ 40,000 żejt kuljum.

More in Politika