L-Ingliżi, it-Taljani u l-Franċiżi l-aktar turisti li ġew pajjiżna fl-ewwel ħames xhur tas-sena

Minkejja dan sa' Mejju kienu naqsu l-Ingliżi u t-Taljani kif ukoll il-Ġermaniżi, iżda żdiedu l-Franċiżi, l-Ungeriżi u l-Ispanjoli li ġew Malta

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika l-Ingliżi u t-Taljani kienu l-aktar turisti li ġew f'pajjiżna bejn ix-xhur ta' Jannar u Mejju ta' din is-sena. Fil-fatt skont l-istess statistika 223,088 Ingliż ġie jżur pajjiżna matul dawn ix-xhur, żieda notevoli mill-191,218 fl-2017 imma tnaqqis żgħir mis-sena l-oħra meta kienu ġew 224,490 turist Ingliż.

It-tieni huma t-Taljani, l-aktar li ġew pajjiżna bejn Jannar u Mejju. Fil-fatt b'kollox ġew pajjiżna 134,000 Taljan, tnaqqis mill-139,159 li ġew pajjiżna matul l-istess perjodu s-sena l-oħra. 

Notevoli kien in-numru ta' turisti Franċiżi u Ġermaniżi li ġew pajjiżna matul l-ewwel ħames xhur tas-sena. Fil-fatt b'kollox ġew 82,106 Franċiż, żieda mis-77,741 li ġew fl-istess perjodu fl-2018. Ġermaniżi ġew 76,948 jew tnaqqis minn 92,795. 

L-akbar żidiet kienu rreġistrati fost turisti mill-Ungerija (+38%), minn fejn ġew 10,814 turist u Spanjoli (+29.2%), minn fejn ġew 36,958 turist.

 

More in Politika