Delia jgħid li l-liġi dwar il-kirjiet mhi se ssolvi ebda problema

Il-Kap tal-PN jisħaq iżda illi l-fatt li l-Gvern ħa l-inizjattiva huwa pass pożittiv

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna illi l-liġi li ressaq il-Gvern għall-qasam tal-kirjiet privati "mhi se ssolvi l-ebda problema." 

Waqt intervista fuq Net FM huwa qal illi filwaqt li huwa pożittiv li l-Gvern ħa l-inizjattiva, "il-Gvern minflok jara kif se joħloq l-ideat hu, kif se jipprovdi appartamenti biex nibdew intaffu l-problema, tefa' kollox fuq il-privat." Huwa fakkar li l-PN ressaq diversi emendi għal-liġi tal-Gvern, "għax dejjem aħjar ftit, milli xejn." 

Dwar l-inkjesta fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, Delia qal illi l-proċess għandu jsir b'mod li ssir ġustizzja mal-familja u mal-poplu Malti. 

More in Politika