Il-Qorti tordna lil Keith Schembri jitla' jixhed fil-każ 17 Black

Schembri dejjem insista li l-informazzjoni dwar 17 Black, li kien ammetta illi kienet parti mill-pjan ta' negozju tiegħu. ma kinitx fid-dominju pubbliku

Keith Schembri
Keith Schembri

Il-Maġistrat Victor Asciak ordna lil Keith Schembri, Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, biex jitla' jixhed fuq il-każ tal-kumpanija rreġistrata Dubaj 17 Black u sostniet li mhux se tittollera aktar dewmien. 

Dan ħareġ f'każ ta' libell li fetaħ Schembri stess kontra l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. 

Schembri dejjem insista li l-informazzjoni dwar 17 Black, li kien ammetta illi kienet parti mill-pjan ta' negozju tiegħu ma kinitx fid-dominju pubbliku. 

Imma f'digriet illum il-Qorti m'aċċettatx it-talba ta' Schembri biex ma jixhedx u ordnatlu jidher quddiemha. 

Il-kumpanija 17 Black u d-dettalji dwarha kienu msemmijin f'imejls żvelati mid-Daphne Project. Kien irriżulta li din il-kumpanija kienet klijent taż-żewġ kumpaniji fil-Panama li kienu fetħu Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi. Kien hemm żewġ pagamenti partikolari li kienu daħlu f'17 Black inkluż waħda, allegatament mill-aġent tat-tanker tal-gass li qed jintuża fil-Power Station il-ġdida. 

Il-Qorti qalet ukoll li mhux se taċċetta aktar talbiet għall-aġġornamenti, ħlief għal raġunijiet ta' saħħa. 



 

More in Politika