Żagħżugħ fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta

Iż-żagħżugħ kien passiġġier f'karozza li ħabtat ma' crash barriers

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi serji wara li l-vettura li kien passiġġier fiha kienet involuta f'inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħamsa u kwart fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq.

Il-karozza kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta' 22, residenti s-Swieqi meta għal xi raġuni, tilef il-kontroll u kellu impatt ma' crash barriers.

Flimkien max-xufier, kien hemm ukoll żewġ passiġġiera, it-tnejn irġiel mill-Bangladesh.

Wieħed minnhom, li għandu 30 sena, sofra xi ġrieħi u ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li ż-żewġ persuni l-oħra ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Politika