X'inhu jiġri fl-Eżekuttiv? Attard Previ tirtira n-nomina biex Perici Calascione jikkontesta waħdu

 Graham Bencini iżda ma jaċċettax li jagħmel l-istess u allura se jtellaq kontra Carm Mifsud Bonnici għal President tal-Amministrattiv

Graziella Attard Previ
Graziella Attard Previ

Dan is-sit jinsab infurmat li Graziella Attard Previ irtirat in-nomina tagħha għal President tal-Eżekuttiv biex il-partit isib bilanċ ta' għaqda u biex Alex Perici Calascione, li huwa meqjus illi ġej mill-fazzjoni ta' Simon Busuttil jiġi elett mingħajr ma jkun ikkontestat. 

Jidher li kienet qed issir pressjoni minn attivisti ta' Alex Perici Calascione biex Graham Bencini ukoll jirtira in nomina tiegħu għal President tal-Amministrattiv tal-PN, iżda żamm iebes u ma rtirax in-nomina.

Dan ifisser li se jkun hemm elezzjoni bejnu u Carm Mifsud Bonnici, jiġifieri bejn persuna li dejjem tat l-appoġġ lil Delia (Mifsud Bonnici) u persuna oħra (Bencini) li kkritkat lil Delia bil-qawwi.. 

More in Politika