Multi ta' €35 fi Franza lil nisa li libsu burkini f'pixxina

Multa lil grupp ta' nisa li sfidaw il-liġi muniċipali ta' Grenoble u libsu l-burkini meta marru jgħumu

Mara liebsa il-burkini
Mara liebsa il-burkini

Diversi nisa ġew immultati €35 wara li marru f'ċentru sportiv f'Grenoble, fi Franza fejn kienu qed jgħumu bil-burkini. Il-burkini huma malji li jgħattu l-ġisem kollu ta' mara meta din tmur tgħum, skont ir-regoli Musulmani li ma jippermettux li mara tikxef partijiet ta' ġisimha b'dan il-mod. Mhux in-nisa kollha jsegwu din ir-regola għalkemm ħafna nisa xorta ma jilbsux malji. 

L-ilbies tal-burkini huwa pprojbit fil-muniċipalità Franċiża ta' Grenoble. In-nisa kienu akkużati bi vjlolazzjoni tar-regoli tal-pixxina fejn kienu. 

More in Politika