L-MHRA titlob lill-piloti tal-Air Malta biex ikunu raġonevoli

L-MHRA tgħid illi attitudni ħażina tista' twassal biex il-linja nazzjonali tfalli

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA) appellat lill-piloti biex ikunu raġonevoli fit-talbiet tagħhom għal żidiet fil-paga. Dan qalitu hekk kif il-piloti qed jheddu b'azzjoni wara talbiet għal żidiet li jlaħħqu eluf kbar ta' ewro. 

L-MHRA qalet li t-talba tal-piloti biex jieħdu €700,000 meta jgħalqu 55 sena mhijiex raġonevoli. 

"Il-piloti għandhom jieqfu jagħmlu dawn it-talbiet eċċessivi għax dan qed isir theddida serja mhux biss għall-Air Malta imma wkoll għall-membri tal-MHRA." 

"Jekk dawn it-talbiet ikomplu, dan jista' jwassal biex l-Air Malta tiffaċċja l-istess destin ta' linji tal-ajru oħrajn u tispiċċa tfalli." L-MHRA qalet illi dan ix-xenarju ħadd ma jridu imma jista' jkun inevitabbli jekk il-partijiet interessati jieħdu attitudni ħażina." 

 

More in Politika