Numru ta' għaqdiet Maltin f'inizjattiva Ewropea 'housing għal kulħadd'

L-għan ta' din l-inizjattiva hija li jitpoġġew flimkien il-kundizzjonijiet legali u finanzjarji li jiffaċilitaw il-housing għal kulħadd fl-Ewropa

Numru ta' għaqdiet non governattivi qed jieħdu sehem f'inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini 'Housing għal kulħadd'. L-għan ta' din l-inizjattiva hija li jitpoġġew flimkien il-kundizzjonijiet legali u finanzjarji li jiffaċilitaw il-housing għal kulħadd fl-Ewropa.

It-talbiet taċ-ċittadini Ewropej lill-Kuimmmissjoni Ewropea huma li din tassigura; li jkun hemm aċċess iktar faċli għall-akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, li jkun hemm aċċess aħjar ta' fondi ewropej għal għaqdiet non-profitt u żviluppaturi ta' housing sostenibbli, kirjiet soċjali u kumpilazzjoni ta' statistika dwar il-bżonnijiet ta' housing madwar l-Ewropa. 

L-għaqdiet lokali li qed jipparteċipaw fl-inizjattiva huma; SOS Malta, The Malta Foundation for the Wellbeing of Society, Moviment Graffitti, Alleanza Kontra il-Faqqar, Forum Kommunita Bormliza, ADITUS, Integra Foundation, Malta Tenant Association, The Millenium Chapel, Malta Gay rights Movement, Spark15, Mid-Dlam ghad-Dawl, African Media Association, St Jeanne Antide Foundation. 

More in Politika