28 persuna ma kellhomx dritt jiffirmaw biex jitlaqqa' l-Kunsill Ġenerali - Kristy Debono

14-il persuna ħallsu t-tessera l-aħħar fl-2017 u 41 ħallsu t-tessera l-aħħar fl-2018 ... 

Ftit tal-mumenti ilu il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono ħabbret illi se tgħaddi informazzjoni ta' verifika li saret fil-200 tesserat lill-Eżekuttiv tal-PN biex dan jiddeċiedi kif ase jitlaqqa u l-aġenda tal-Kunsill Ġenerali jew le.  

Fi stqarrija Debono żvelat kif 28 firmatarju ma kellhom l-ebda dritt li jiffirmaw bħala membri tal-Kunsill Ġenerali għaliex fil-fatt m'humiex membri tiegħu. Minn dawn 5 firem mhumiex validi għaliex il-persuni li ffirmaw, kienu rrifjutaw jew ma ħallsux it-tessera kif mitlub minnhom u allura statutorjament mhumiex membri tal-Kunsill Ġenerali. 

Imbagħad hemm 14-il persuna minn dawk li ffirmaw l-aħħar li ħallsu t-tessera kien fl-2017, filwaqt li 41 persuna minn dawk li ffirmaw l-aħħar li ħallsu t-tessera kien fl-2018. F'każ wieħed l-isem u l-kunjom ta' persuna ma qablux mal-karta tal-identità. 

Dan ifisser li m'hemmx il-150 firma biżżejjed biex jitlaqqa' il-Kunsill Ġenerali jekk il-41 li għadhom ma ħallsux. Issa dan se jmur quddiem l-Eżekuttiv li jrid jiddeċiedi dawk il-41 Kunsillier li għadhom ma ħallsux it-tessera din is-sena kellhomx dritt jiffirmaw. 

F'kummenti ma' dan is-sit Kristy Debono qalet illi l-PN qed jgħodd il-41 tesserat li għadhom ma ħallsux ittesser ta' din is-sena bħala persuni eleġibbli biex jiffirmaw.. 

 

 

More in Politika