L-Air Malta tibda ttir lejn Varsavja kull nhar ta' Sibt

L-Air Malta żiedet ukoll tlett rotot li jinkludu l-Kajr, Tbilisi u Ibiza

L-Air Malta bdiet topera t-titjira ta’ darba f’ġimgħa lejn Varsavja.

Din ir-rotta li ser topera sad-19 ta’ Ottubru qed issir kull nhar ta' Sibt.

L-iskeda tat-titjira ser topera kif ġej (ħinijiet lokali):

  • KM 4428 Tluq Malta 08:55 Wasla Varsavja 11:40
  • KM 4429 Tluq Varsavja 12:30 Wasla Malta 15:20

“Varsavja hija l-ewwel servizz skedat li qed nintroduċu dan is-sajf. B’din id-destinazzjoni staġjonali għandna ħarsitna fuq is-suq Pollakk bil-possibbiltà li nestendu dan is-servizz aktar skont id-domanda," qal fi stqarrija il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta Clifford Chetcuti.

Huwa spjega kif apparti li l-Air Malta żiedet 21 rotta ġdida, dan is-sajf ikkonċentrat fuq iż-żieda tal-frekwenzi lejn destinazzjonijiet stabbiliti.

Apparti minn hekk żiedet ukoll tlett rotot li jinkludu l-Kajr, Tbilisi u Ibiza.

More in Politika