Helena Dalli: 'Jiena kuntenta bix-xogħol li qed nagħmel bħala Ministru'

Il-Ministru Helena Dalli twieġeb il-mistoqsijiet tal-illum.com.mt dwar il-fatt illi hija waħda mill-għażliet quddiem il-Gvern għall-Kummissarju Ewropew

Il-Ministru Helena Dalli saħqet li hi kuntenta bix-xogħol li qed tagħmel bħala Ministru ghall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza. "Jiena kuntenta bix-xogħol li qed nagħmel" sostniet Dalli fi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ġurnalist tal-illum.com.mt dwar il-fatt illi hi waħda mill-għażliet ta' Joseph Muscat għall-Kummissarju Ewropew il-ġdid. Kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat dan, kif żvelat ukoll li Muscat għandu żewġ għażliet oħrajn; iżomm lil Karmenu Vella għal terminu ieħor jew inkella, imma improbabli ħafna, jaħtar lilu nnifsu Kummissarju. 

Mistoqsija fiż-Żejtun jekk tixtieqx li tkun avviċinata u offruta din il-kariga il-Ministru Dalli semmiet il-mistoqsijiet li ntbagħtu lilha mill-gazzetta ILLUM dwar is-suġġett u qalet li ma weġbithomx għax "m'għandix tweġibiet għalihom."

More in Politika