Aġġornata | Jitressaq il-Qorti membru tal-iskorta ta’ Richard Cachia Caruana

Kien parti mill-iskorta għal snin u spċċa mitlub jirreżenja mill-Korp

Wara li nhar il-Ħadd li għadda il-gazzetta ILLUM żvelat kif is-Surġent Mark Camilleri, li għal snin kien parti mill-iskorta ta’ ma’ Richard Cachia Caruana se jitressaq il-Qorti akkużat li ħa b’madwar €5,000 f’dikjarazzjoni ta’ sahra li allegatament ma kienx għamel, kien żvelat fil-Qorti dalgħodu li l-istess Camilleri aċċetta l-ħtija miġjuba kontrieh.

B’konsegwenza ta' dan huwa kien irriżenja mill-Korp tal-Pulizija.

Mhux magħruf jekk Richard Cachia Caruana kienx jaf b’dak li kien qed jiġri u jekk għadux parti mill-iskorta tiegħu. 

Cachia Caruana kien in-negozjatur ewlieni tal-Gvern Malti għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hu kien inħatar l-ewwel Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-UE sakemm kellu jitneħħa wara li mozzjoni ta’ sfiduċja fih għaddiet mill-Parlament.

More in Politika