L-MUMN tinsisti li l-agħar swali f'Monte Carmeli jingħalqu sa Settembru

Il-unjin tgħid illi minkejja n-nuqqasijiet Monte Carmeli jitranġa jrid mhux jingħalaq

L-MUMN qed tinsisti li li l-agħar swali fl-Isptar Monte Carmeli jkunu evakwati sal-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena bil-miri ma jkunux posposti. Fi stqarrija l-MUMN qalet illi mhux aċċettabbli, kemm għall-pazjenti imma anke għall-ħaddiema f'dawn l-iswali li dawn it-tragwardi jkunu posposti. 

L-MUMN qalet illi t-tmexxija ta' Monte Carmeli la qed tkun effiċjenti u lanqas sensittiva għal dawn l-isfidi. 

L-Unjin qalet li huwa pożittiv li qed isir xogħol fuq diversi soqfa li jinsabu fi stat tant ħażin, li qed iżommu bil-puntini u li jagħmlu lil numru ta' swali kkundannati f'dan l-isptar. "Minkejja li dan huwa pożittiv, il-proċess msejjaħ Request for Partiċipation falla. Issa d-Dipartiment tas-Saħħa se jkollu jmur għal proċess li nittamaw li se jattira kuntratturi biex jibdew xogħol tant importanti f'dan l-isptar." 

Fl-istess stqarrija dalgħodu l-MUMN iddiżassoċjat ruħha ma' kummenti ta "ċerti għaqdiet" li qalu illi l-Isptar Monte Carmeli għandu jingħalaq u l-pazjenti kollha jitpoġġew fil-komunità. "Meta jiġri hekk jkunu l-pazjenti l-aktar li jbatu u s-sistema tikkollassa. M'hemmx dubju li dak li għandu bżonn dan l-isptar huwa titjib." 

 

 

More in Politika