Portelli jakkuża lil Aquilina għax qed jiddefendi lil Manuel Delia fil-kawża kontra NET TV

Pierre Portelli kiteb fuq Facebook u saħaq li Karol Aquilina 'ma jafx jistħi'

L-eks Chairperson Eżekuttiv ta’ Media.link Communications, Pierre Portelli kompla jiftaħ il-kanuni kontra Deputati tal-Partit Nazzjonalista.

F’post li tella’ fuq Facebook ftit ilu, Portelli saħaq li llum fil-Qorti, kompliet il-kawża li għamel Manuel Delia kontra Net TV.

“Ma’ Manuel Delia fl-awla kien hemm id-Deputat ‘Nazzjonalista’ Karol Aquilina,” saħaq Portelli waqt li saħaq li dan ma għandux mistħija.

Huwa sigiet magħruf li Karol Aqulina huwa wieħed minn dawk id-Deputati li ma tantx jara għajn m’għajn ma’ Adrian Delia.

Aqra wkoll:

More in Politika