Il-Kumitat tal-PN fil-Mellieħa jgħid li mhux minnu li talab lit-tmexxija biex tirriżenja

Il-Kumitat sezzjonali saħaq li hu kien qed jisħaq li għandha tinġarr ir-responsabbiltà kollettiva 

Il-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Mellieħa saħaq li mhux minnu li talab lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista biex terfa' r-responsabbiltà jew tirriżenja.

Fi stqarrija, il-Kumitat qal li “mhu sorpriż xejn bit-tgħawwiġ ta' fatti mill-ittra li ntbagħtet lid-Deputati Parlamentari kollha tal-partit.”

Il-Kumitat Sezzjonali Mellieħi insista li fl-ittra li bagħat talab li tinġarr ir-responsabbiltà kollettiva u li ssir diskussjoni interna fi ħdan il-Grupp Parlamentari.

Dan biex jittieħdu l-passi meħtieġa u jinstabu s-soluzzjonijiet għall-ġid tal-Partit Nazzjonalista u tal-pajjiż.

Ilbieraħ, il-Kumitat Sezzjonali Mosta bagħat ittra pjuttost bi kliem iebes lit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u lid-Deputati.

More in Politika