'Ħallu lil Adrian Delia jaħdem' - jitwaħħlu numru ta' kartelluni mal-każini tal-PN

Il-Każini tal-PN jisbħu b'numru ta' kartelluni bi kliem ta' appoġġ għal Adrian Delia

Il-kartelluni li twaħħlu dalgħodu
Il-kartelluni li twaħħlu dalgħodu

Dalgħodu numru ta’ każini tal-Partit Nazzjonalista madwar Malta sebħu b’numru ta’ kartelluni bil-kliem, ‘Ħallu lil Adrian Delia jaħdem.’ Fuq l-istess kartelluni dehru wkoll id-distakki bejn iż-żewġ partiti fl-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali, dik tal-2013 u tal-2017.

Aktar kmieni din il-ġimgħa grupp sinifikanti ta’ Deputati Nazzjonalisti qalu ċar u tond lill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li huma qed jistennew li t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista tassumi r-responsabbiltà għar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.

Dan kien irrapportat dalgħodu mill-MaltaToday, bis-sit illum.com.mt jikkonferma l-informazzjoni ma’ Deputati tal-Partit Nazzjonalista. Jidher li waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-bieraħ, għadd ta’ Deputati insistew ma’ Delia li għandu jirriżenja.

Il-kartelluni li twaħħlu dalgħodu
Il-kartelluni li twaħħlu dalgħodu

More in Politika