Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Sentenza sospiża għal raġel li ammetta li rreżista l-Pulizija bi vjolenza

Il-każ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fix-Xlendi

Yendrick Cioffi / 12 ta' Ġunju 2019 11:06
Raġel ta’ 38 sena mill-Munxar ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs sospiżi u anke multa ta’ €6,000 wara li ammetta li uża l-vjolenza biex jirreżisti uffiċjali tal-Pulizija.

L-akkużat wieġeb ħati li attakka żewġ uffiċjali tal-Pulizija u li kien vjolenti fil-lockup ta’ Għawdex.

Ammetta wkoll li qatta’ uniformi ta’ wieħed mill-uffiċjali, li qabel l-arrest tiegħu hedded persuna waqt li kien ix-Xlendi, li kien fis-sakra u ma kienx kapaċi jikkontrolla lilu nnifsu u li kiser il-paċi pubblika.

Il-Qorti meta kkunsidrat il-fatt li l-akkużat ammetta kmieni fil-proċeduri qablet li tagħtih sentenza sospiża filwaqt li ordnatlu jħallas il-multa fi żmien xahar.

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook