Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Kevin Cutajar jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Deputat Parlamenatari

Fl-ewwel diskors tiegħu Cutajar irringrazzja lill-membri tal-Kamra u wiegħed li se jaħdem għall-ġid tal-pajjiż

Yendrick Cioffi / 10 ta' Ġunju 2019 17:28
Aktar kmieni llum, l-Avukat Kevin Cutajar ħa l-ġurament bħala Deputat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Cutajar, li huwa Għawdxi, ġie co-opted fil-Parlament biex jieħu post l-eks Deputat Nazzjonalista David Stellini li rritorna għax-xogħol tiegħu fi Brussell.

Il-mozzjoni biex inħatar membru parlamentari tressqet mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u ġiet issekondata mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Kemm il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia awgurawlu għal din il-ħatra tiegħu.

Delia, min-naħa tiegħu, appella wkoll biex Cutajar jingħata r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq l-abbiltajiet tiegħu minħabba li huwa nieqes mid-dawl.

Cutajar, fl-ewwel diskors tiegħu, irringrazzja lill-membri tal-Kamra u wiegħed li se jaħdem għall-ġid tal-pajjiż.

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook