Politika Kronaka Soċjali Intervisti Zekzik Poodle Għawdex Qrati u Pulizija Kummerċjali

Jasal Malta Nikolaos; il-vapur li se jingħaqad mal-flotta tal-Gozo Channel

Il-Ministru Justyne Caruana kienet spjegat kif dan se jwassal għal titjib fl-iskeda tal-vapur ta' Għawdex

Yendrick Cioffi / 10 ta' Ġunju 2019 11:41
Ir-raba' vapur tal-Gozo Channel wasal Malta u rmonka minnufih fiċ-Ċirkewwa.

Il-vapur, bl-isem ta' Nikolaos jesa' 160 vettura u 650 passiġġier.

Meta kienet żaret il-vapur, Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana kien qalet kif biż-żieda ta’ dan il-vapur se jkun hemm tibdil ukoll fil-ħinijiet tal-iskeda tal-vapur biex b’hekk ikunu aktar frekwenti.

Dan għaliex flok b'żewġ vapuri l-iskeda se tiġi operata bi tliet vapuri filwaqt li vapur ieħor se jkun iddedikat għal vetturi kummerċjali.

Kienet spjegat ukoll kif inħasset il-ħtieġa li jiżdied ir-raba' vapur għax id-domanda għal Għawdex dejjem qed tiżdied.

"Iż-żieda ta’ vapur ieħor se toffri faċilità lill-kumpanija biex tippjana aħjar u ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-vapuri l-oħra mingħajr ma jiżdied l-inkonvenjent lil dawk li ta’ kuljum jużaw is-servizz tal-Gozo Channel”, kienet saħqet il-Ministru Caruana.

Intant, ma kinitx naqset il-kritika min-naħa tal-Oppożizzjoni, partikolarment mid-Deputat Chris Said li kien żvela kif il-vapur għandu 32 sena.

Kien ikkritika wkoll lill-Gvern għax fi kliemu, il-vapur inkera b' dak li jissejjaħ 'wet lease' jigifieri bl-ekwipaġġ b' kollox u kien iddeskriva dan bħala insult għall-ħaddiema Għawdxin.

Yendrick Cioffi ssieħeb mal-kumpanija Mediatoday fl-2018 wara 4 snin ta' ħidma bħala ġurnalist mas-sit newsbook.com.mt. Cioffi jispeċjalizza fi stejjer soċjali , politiċi u kulturali u għal din l-aħħar sena kien responsabbli għat-tfassil ta' diversi supplimenti dwar festi ta' bliet u rħula differenti
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook