Jintfetaħ protest ġudizzjarju dwar emendi li jitrattaw il-vjolenza domestika

Il-Fondazzjoni Għad-Drittijiet tan-Nisa tiftaħ Protest Ġudizzjarju u titlob li emendi li saru mill-Gvern ikunu ratifikati mill-ġdid, fosthom biex il-vittma ma tispiċċax penalizzata

Il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-nisa fetħet Protest Ġudizzjarju illi fih qed titlob lill-Ministru Helena Dalli biex treġġa lura proposti li saru fil-Kodici Kriminali, f'dak li jirrigwarda vjolenza domestika. Il-Fondazzjoni qed titlob li dawn l-emendi ma jidħlux fis-seħħ sakemm issir konsultazzjoni "serja" ma' dawk kollha li huma involuti f'dan il-qasam. 

Il-Fondazzjoni tgħid li skont l-Explanatory Report  tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, l-għan ta’ dan l-artiklu kien propju sabiex il vittma tingħata protezzjoni immedjata u li ma għandux ikun hemm aktar piż fuq il-vittima, li fil-maġġor parti huma nisa u wliedhom. Fid-dawl ta' dan il-Fondazzjoni sostniet li mhux biss qiegħed jintefa piż fuq il-vittma, b'dawn l-emendi, imma li se jkollha tkun il-vittma li tirrikori għal refuġju għas-sigurtà tagħha u ta’ wliedha u "għaldaqstant se tiġi penalizata mhux biss jekk se tkun kostretta għal ħarsien tagħha titpoġġa ġewwa xelter, iżda wkoll għaliex is-sigurtà tal-vittma tiddependi għal kollox fuq id-diskrezzjoni tal-pulizija." 

Kien hawnhekk li l-Fondazzjoni pprotestat kontra l-fatt li l-emendi qed jisħqu li l-investigzzjoni għandha ssir minn Pulizija bi grad mhux inqas minn Spettur "meta huwa fatt magħruf illi l-pulizija diġà m’għandiex biżżejjed riżorsi sabiex tlaħħaq max-xogħol."

Il-Fondazzjoni qed tisħaq ukoll li l-vittma għan dha tkun dejjem infutrmata bil-miktub dwar is-siġurtà tagħha u dwar jekk ikunux se jittieħdu proċeduri jew le. 

 

More in Politika