Il-Maternità surrogata trid tiġi diskussa fil-PL qabel ma tgħaddi għall-Parlament' - Fearne

It-Tnejn illi għadda id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar appellaT għall-diskussjoni fuq il-maternità surrogata

Il-Ministru Chris Fearne
Il-Ministru Chris Fearne

Waqt li kien qiegħed jitkellem f’inawgurazzjoni ta’ apparat ġdid għall-kura tal-qalb għat-trabi, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li l-maternità surrogata (surrogacy) trid tiġi diskussa l-ewwel internament fil-Partit Laburista u fil-Grupp Parlamentari Laburista  qabel ma tmur għad-diskussjoni Parlamentari.

Huwa saħaq li, “diġà daħħalna fis-seħħ leġislazzjoni ġdida fir-rigward tal-IVF li qed tagħti opportunità li kulħadd biex jsir omm u missier." Filwaqt li żied jgħid li jinsab kuntent bil-mod ta’ kif il-liġi antika ġiet emendata sabiex taqdi l-eżiġenzi tas-soċjetà preżenti.

Propju nhar it-Tnejn illi għadda, id-Deputata Laburista Rosianne Cutajar saħqet fil-Parlament li jeħtieġ li jkun hemm diskussjoni matura fuq il-kiri tal-ġuf.

Bħal dan iż-żmien sena, il-Gvern kien ħabbar diversi bidliet fil-liġi ġdida tal-IVF fosthom li l-maternità surrogata kienet tneħħiet minn dak l-abbozz bil-premessa li se tkun ippreżentata b’abbozz separat u ġdid aktar tard.

L-Isptar Mater Dei mgħammar b' 3 magni li jiskopru problemi tal-qalb fit-trabi.
Waqt l-inawgurazzjoni tal-lum, il-Ministru Fearne qal ukoll li l-Isptar Mater Dei kien diġà jinsab mgħammar b’apparat li kapaċi jidentifika mard li diffiċli jiġi identifikat fuq bħal ipertrojdiżmu. "Bħalissa qed naħdmu wkoll fuq proġett li jippermetti eżami mediku għall-marda celiac fit-trabi tat-twelid."

Huwa qal ukoll li kien importanti li mard bħal dak konġenitali tal-qalb, jiġi djanjostikat waqt li t-trabi tat-twelid kienu għadhom fl-isptar, għaliex inkelal r-riperkussjonijiet fuq it-trabi huma gravi. Żied jgħid li l-Isptar Mater Dei jara mill-inqas 513 każ ta' trabi b'kundizzjoni tal-qalb kull sena.

L-apparat li ġie inawgurat illum, huwa kapaċi li jiskopri problemi fil-qalb tat-tarbija tat-twelid fi stadju bikri ħafna u b'hekk l-Isptar Mater Dei issa għandu tlieta minn dawn il-magni.

 

More in Politika