Jitilgħu għal 370 l-immigranti li ddaħħlu Malta llum ... Fadal aktar x'jidħlu

Numru kbir ta' immigranti salvati hekk kif beda temp sabiħ u baħar iktar kalm

Mill-Arkivji
Mill-Arkivji

Tela' għal 370 l-għadd ta' immigranti li ġew salvati llum mill-Forzi Armati u li ddaħħlu f'Malta.

Dalgħodu ddaħħlu grupp ta' 63 u 61 immigrant u aktar tard matul il-ġurnata ddaħħlu 147 immigrant ieħor.

Waranofsinhar, il-Forzi Armati salvaw grupp ta' 99 immigrant li wkoll iddaħħlu Malta għax kienu fiż-żona ta' Tfittxija u Salvataġġ ta' Malta.

Jidher li għad fadal aktar immigranti x'jiġu salvati u x'jiddaħħlu Malta u dan ġie kkonfermat ma' dan is-sit minn kelliema tal-Forzi Armati.

More in Politika