Żewġ votanti Għawdxin iressqu protest ġudizzjarju kontra l-Partit Nazzjonalista

Mariella Mercieca u Daniel Cilia qed jisħqu li l-vot tal-Kumitat Eżekuttiv ta' nhar is-Sibt li għadda kien wieħed null

Żewġ votanti Għawdxin, Mariella Mercieca u Daniel Cilia, ressqu protest ġudizzjarju kontra l-Partit Nazzjonalista biex post David Stellini fil-Parlament ma jeħdux Jean Pierre Debono.

Iż-żewġ votanti qed jisħqu li l-vot tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ta' nhar is-Sibt li għadda huwa wieħed null hekk kif kien hemm persuni li vvutaw u li mhux suppost kellhom vot.

Skont lista ppubblikata fuq il-midja soċjali mid-Deputat Jason Azzopardi, dehru li vvutaw kemm David Stellini li suppost tilef il-vot tiegħu malli rreżenja mill-Parlament u anke t-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista David Stellini li għandu biss rwol ta' osservatur f'dan il-Kumitat Eżekuttiv.

Iż-żewġ votanti Għawdxin qed jisħqu wkoll li meta vvutaw, kemm Jean Pierre Debono u anke martu Kristy Debono kisru r-regoli tal-partit għax kellhom kunflitt ta' interess.

Il-protest ġudizzjarju jitlob li jerġa' jitlaqqa' mill-ġdid il-Kumitat Eżekuttiv biex jintagħżel kandidat ieħor biex jieħu post Stellini u dan skont l-istatut tal-partit.

Il-protest kien iffirmat mill-Avukati Amadeus Cachia u Damian Cassar li jaħdmu fl-uffiċċju legali ta' Franco Debono.

More in Politika