Franco Debono jappella lin-Nazzjonalisti biex jipprotestaw quddiem id-Dar Ċentrali

L-eks Deputat Nazzjonalista jappella lin-'Nazzjonalisti ta' sinsla' biex jinżlu fit-toroq u jipprotestaw

Franco Debono
Franco Debono

Franco Debono, eks Deputat Nazzjonalista, qed iħeġġeġ lin-Nazzjonalisti 'ta' sinsla' biex imorru jipprotestaw quddiem id-Dar Ċentrali. 

F'messaġġ li ħalla fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu huwa qal li, "wara li ġara llum," probabbilment f'referenza għall-co-option ta' Jean Pierre Debono, "nhar it-Tnejn għandha tkun organizzata protesta kbira quddiem id-Dar Ċentrali." 

"Wasal iż-żmien li n-Nazzjonalisti ta' sinsla jinżlu fit-toroq u jgħajtu 'issa daqshekk'. 

Il-messaġġ ta' Franco Debono
Il-messaġġ ta' Franco Debono

More in Politika