Debono se jkun co-opted fil-Parlament wara vot maqsum fl-Eżekuttiv

40 vot tal-Eżekuttiv imorru għal Kevin Cutajar u 42 għal Jean Pierre Debono

Jean Pierre Debono
Jean Pierre Debono

L-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ddeċieda li għandu jkun Jean Pierre Debono li jieħu post David Stellini, Deputat Nazzjonalista li rreżenja mill-Parlament ftit sigħat wara li l-PN tilef l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew bil-kbir. 

Jidher illi r-riżultat kien wieħed qrib ħafna bl-Eżekuttiv maqsum fl-għażla tiegħu, 40 vot favur l-Għawdxi Kevin Cutajar u 42 favur Jaen Pietrre Debono li kien ċeda postu biex seta' jidħol Adrian Delia minfloku. 

Aqra hawnhekk dwar ir-riżenja ta' David Stellini minn Deputat

Aqra hawnhekk dwar għalfejn Jean Pierre Debono kien il-favorit biex ikun co-opted

More in Politika