Il-Munxar jintrebaħ mill-Partit Nazzjonalista b'distakk ta' 35 vot

Din il-lokalità kellha Kunsill Laburista sa issa...

Ċentru tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar
Ċentru tal-Għadd tal-Voti, in-Naxxar

Skont l-aħħar informazzjoni li għandu s-sit illum.com.mt, il-lokalità tal-Munxar f'Għawdex għadha kemm intrebħet mill-Partit Nazzjonalista.

Jidher li finalment il-Partit Nazzjonalista kiseb 465 vot filwaqt li l-Partit Laburista ġab 430 vot.

L-istorja politika fil-Munxar

Fl-2007 l-ebda partit ma kiseb maġġoranza assoluta hekk kif il-PN kiseb 46%, jew maġġoranza relattiva. Il-PL min-naħa l-oħra kiseb 325 vot jew 41% filwaqt li l-AD kisbet 91 vot.

Fl-2012, meta l-elezzjoni lokali saret waħedha u kontra x-xejra f’lokalitajiet oħrajn l-PN żied ftit il-vot tiegħu għal 370 (51.4%) u l-PL naqqas bi ftit (291). L-AD naqqset ukoll u kisbet 58 vot.

Fl-2015, mar-referendum dwar il-kaċċa u meta l-Alternattiva Demokratika ma kkontestatx, il-PL rebaħ hekk kif kiseb 456 vot u allura kiseb 53% tal-voti. Il-PN naqqas bi ftit voti u b’366 kiseb l-agħar riżultat tiegħu f’din il-lokalità.

 

More in Politika