Wayne Aquilina se jkun is-Sindku l-ġdid tal-Kalkara

Il-preżentatur popolari ġab l-akbar ammont ta' voti f'din l-elezzjoni ... il-Partit Laburista b'rebħa kbira

Is-Sindku l-ġdid tal-Kalkara Wayne Aquilina
Is-Sindku l-ġdid tal-Kalkara Wayne Aquilina

Wayne Aquilina għadu kemm gie maħtur sindku tal-lokalità għal ewwel darba.

Din kienet l-ewwel elezzjoni li kkontesta l-istess Aquilina u jidher li din finalment kiseb l-akbar ammont ta' voti.

Aquilina huwa personalità magħrufa u popolari fuq il-midja tal-Partit Laburista bil-programm 'Espresso' li ilu jixxandar għal diversi żmien. 

Għal-Partit laburista kienu eletti wkoll Speranza Chircop li wkoll serviet bħala Sindku għal dawn l-aħħar ħames snien, Vince Bongalais u Christopher Bruno.

Min-naħa l-oħra għall-Partit nazzjonalista giet eletta Mary Sultana.

B'hekk f'din il-lokalità l-Partit Laburista se jkollu 4 membri filwaqt li l-Partit Nazzjonalista se jkollu membru wieħed biss.

More in Politika