Alfred Zammit isir l-ewwel Sindku Laburista fil-Belt Valletta

Jgħid illi din kienet rebħa storika għall-Partit Laburista u jwiegħed li se jibni fuq it-tajjeb li sar...

Alfred Zammit: Minn Kalamita għal Sindku
Alfred Zammit: Minn Kalamita għal Sindku

Fl-ewwel kummenti tiegħu, issa bħala l-ewwel Sindku Laburista tal-Belt Valletta Alfred Zammit sostna li din hija rebħa storika fil-Belt Valletta għall-Partit Laburista. "Kien wasal iż-żmien li l-poplu tal-Belt Valletta wkoll jagħżel lill-PL wara l-ġid kollu li sar fil-Belt Kapitali tagħna." Il-Partit Laburista se jkun rebaħ maġġoranza fil-Belt Valletta għall-ewwel darba.

Zammit fakkar kif sa ftit snin ilu l-Belr Valletta kienet mejta u bla ħajja,. "Aħna se nkomplu fuq it-tajjeb li sar bil-ħsieb dejjem ikun li r-residenti jiġu l-ewwel."

Zammit kellu ġirja iebsa għall-ewwel post mal-Kandidat u Kunsillier Laburista preżenti Ray Azzopardi. Fil-fatt huwa mifhum li Zammit qabeż lil Azzopardi bi ftit voti biss. 

Alfred Zammit huwa personalità magħrufa u popolari fuq il-midja tal-Partit Laburista bil-programm 'Kalamita' li ilu jixxandar snin twal ħafna. 

More in Politika