Casa jgħid li s-Soċjalisti mhux se jimbuttaw lil Joseph Muscat għal kariga fl-UE

Casa għamel kampanja jisħaq li hu se jaħdem biex Joseph Muscat ma jieħu l-ebda kariga fl-UE

L-Ewroparlamentari David Casa qal li ma jidhirx li l-Partit Soċjalista se jkun qed jimbotta isem Joseph Muscat għall-ebda kariga fl-Unjoni Ewroepa.

Casa qal dan fuq Facebook, ftit jiem biss wara li reġa' ġie elett u l-għada li rritorna fi Brussel.

L-Ewroparlamentari Nazzjonalista qal li lbieraħ bdew in-negozjati dwar min se jkun qed imexxi l-istituzzjonijiet Ewropej fil-5 snin li ġejjin.

"Mill-ewwel indikazzjonijiet, s’issa jidher li l-Partit Soċjalista m'huwiex se jmexxi 'l quddiem l-isem ta' Joseph Muscat għall-ebda kariga," insista Casa.

Temm jisħaq li hu se jkun qed jaħdem biex il-vuċi Maltija tkun rappreżentata b’Maltin denja u xierqa.

Tul il-kampanja Elettorali, Casa dejjem insista li hu se jaħdem biex Joseph Muscat ma jieħu l-ebda kariga fl-UE.

More in Politika