'Il-klima politika ma' tagħmilx gieħ lill-Maltin u l-Għawdxin' ; Stellini jirriżenja minn Deputat

Stellini huwa wkoll il-President tal-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista

ll-President tal-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista, David Stellini, li kien ukoll kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, irriżenja minn Deputat Parlamentari u se jkun qed jirritorna għax-xogħol li kellu fi Brussell.

Dan ifisser li issa fil-Parlament irid ikun elett Deputat ieħor, b'rapport fuq il-MaltaToday jisħaq li ż-żewġ fazzjonijiet fil-PN qed jagħmlu minn kollox biex post Stellini jieħdu Deputat tal-fehma tagħhom.

Fuq Facebook, Stellini qal li kellu jieħu din id-deċiżjoni "fi sfond ta' klima politika li ma' tagħmilx gieħ lill-Maltin u l-Għawdxin, fejn il-firda nazzjonali tirrenja fuq l-għaqda li tant hemm bżonn biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem."

Insista li l-istess klima ma tgħinx nies ġodda bħalu fil-politika, b'mod partikolari mill-Oppożizzjoni, biex jagħmlu d-differenza "kemm fuq livell politiku, kif ukoll fuq livell personali."

"Meta iddeċidejt li nidħol għal din l-esperjenza, għamilta għax Malta kellha bżonn nies fil-politika li ma' jarawx aħmar jew blu u għax il-Partit Nazzjonalista kellu bzonn nies ġodda li jħaddnu l-għaqda u jgħatu tama lill-Maltin u Għawdxin," kiteb Stellini.

Huwa saħaq li x-xogħol tiegħu fil-politika mhux ser jieqaf, imma se jkompli jaħdem lokalment u anke mal-Grupp tal-Il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew biex, fi kliemu, ix-xogħol li jiġi imfassal fil-Parlament Ewropew mill-Membri Parlamentari Ewropej Maltin jasal fid-djar għand kull Malti u Għawdxi.

More in Politika