Miriam Dalli tasal in-Naxxar fost ċapċip u għajjat ... mistennija ttella' l-ewwel siġġu fil-PE

Dalli tisħaq li dan kien riżultat kbir għall-politika tal-Moviment Laburista

Ftit tal-ħin ilu waslet fis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar l-Ewroparlamentari Miriam Dalli li x'aktarx se tkun l-ewwel kandidata li tilħaq il-kwota u ttella' siġġu fil-Parlament Ewropew.

Mal-wasla tagħha fin-Naxxar, Miriam Dalli ntlaqgħet bit-tisbit mal-perspex u l-għajjat ta' "Viva l-Labour."

Fl-ewwel kummenti tagħha mas-sit illum.com.mt, malli waslet fin-Naxxar, Miriam Dalli saħqet li dan kien riżultat kbir u pożittiv għall-politika u x-xogħol tal-Moviment Laburista.

Saħqet li hi kommessa biex flimkien ma' sħabha taħdem fil-Parlament Ewropew għall-ġid tal-poplu.

Appellat lil kulħadd biex jiffoka fuq l-affarijiet li jgħaqdu lill-pajjiż, għax fi kliemha, jekk jagħmel hekk jista' jilħaq affarijiet kbar.

More in Politika