JPO jgħid li l-fazzjoni ta' kontra Delia bdew jiltaqgħu

Jeffrey Pullicino Orlando qal dan ftit wara li Delia insista li hu mhux se jirriżenja

L-eks Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando qal li persuni li ma għandhomx appoġġ fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia, fi ħdan il-partit, diġà bdew jiltaqgħu.

Fuq Facebook, Pullicino Orlando kiteb hekk: "Għadni kif ġejt mgħarraf li bħalissa qegħdin jiltaqgħu l-protagonisti anti-Delia fil-Partit Nazzjonalista." 

"Ma naħsibx li għat-tè bil-lumi biss," kompla jikteb.

Ftit tal-ħin ilu, Adrian Delia żar is-sala tal-għadd tal-voti fejn għamilha ċara li hu mhux se jirriżenja għax il-mandat tiegħu huwa ta' ħames snin.

 

More in Politika