'Ma nistgħu naqtgħu qalbna qatt' - Delia wara t-telfa tal-PN

Delia jwiegħed li sforz it-telfa tal-lum il-partit irid ikun iktar 'saħħtu...

Adrian  Delia
Adrian Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista aċċetta t-telfa li ġarrab il-PN u qal illi l-partit se jaħdem biex jifhem u jixtarr għalfejn dan ir-riżultat ħażin ħafna ġara. 

"Eluf kbar ma vvotawx," fakkar Delia li mbagħad sostna illi l-partit jeħtieġ jifhem aħjar it-tbatijiet tagħhom. 

Delia rringrazzja lil dawk li vvutaw u anke lil dawk li baqgħu d-dar u wiegħed lil dawn tal-aħħar illi se jipprova jifhem il-bżonnijiet tagħhom. 

"Irridu nkunu aħjar minn qatt qabel, irridu nara aktar uċuh ġodda, iktar nies li jemmnu fil-viżjoni tagħna," saħaq Delia. 

Huwa temm jgħid illi l-proċess beda imma mhu se jseħħ mil-lum għal għada, "ma nistgħu naqtgħu qalbna qatt."

More in Politika