Aġġornata: Adrian Delia se jkun qed jindirizza konferenza u wara jinżel in-Naxxar

Adrian Delia baqa' dieħel fid-Dar Ċentrali u evita li jagħti kummenti sigħat wara li sar magħruf li l-PN tilef b'distakk kbir

Wara aktar minn ħames sigħat minn meta ħarġu l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mistenni jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-ħin li ġej.

Delia mistenni jżur is-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar aktar tard illejla.

Intant, għall-kuntrarju tal-atteġġjament tiegħu tas-soltu, Delia għażel li ma jweġibx mistoqsijiet tal-ġurnalisti li nġabru quddiem id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Kien għall-ħabta tal-erbgħa ta' warnofsinar li Adrian Delia deher dieħel fid-Dar Ċentrali.

Ġurnalisti minn The Times of Malta kienu hemm u ppruvaw jieħdu l-ewwel kummenti tal-Kap Nazzjonalista li iżda baqa' dieħel dritt id-Dar Ċentrali.

More in Politika