‘Kelli żball … id-distakk huwa akbar minn dak ta' 45,000 vot’ - Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li l-maġġoranza li kiseb hi ferm akbar minn 45,000 vot

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

Fl-ewwel kummenti tiegħu miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġewwa l-Ħamrun l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu kif żvela li ċ-ċifra ta’ 45,000 maġġoranza li kienet mħabbra xi ftit mumenti ilu hi fil-fatt żbaljata, hekk kif skont l-aħħar informazzjoni li issa għandu l-Partit Laburista, il-maġġoranża hi ta' iżjed minn 48,000.

Muscat irringrazzja lil dawk preżenti filwaqt li żied jgħid li għal darb’oħra l-poplu wera li dak li jagħqadna huwa ferm akbar minn dak li jifridna. “Nixtieq nirriganzja minn qalbi lil dawk kollha li taw fiduċja lil dan il-moviment, flimkien ktibna l-istorja tal-pajjiż. Ma kien hawn l-ebda partit, l-ebda moviment li kiseb dak li ksibna aħna flimkien ilbieraħ.

Skont Muscat din ir-rebħa hi riżultat tal-għaqda li hija wkoll ċentru fil-politika tal-Gvern u l-PL. “Dan ir-riżultat, l-ikbar wieħed fl-istorja tal-pajjiż, jitfa’ fuqna piż ferm akbar. Irridu nibqgħu saqajna mal-art, ma tistax tikbrila rasna. Irridu nibqgħu tan-nies u rridu nibqgħu man-nies, saħaq Muscat.

Il-Prim Ministru żied jgħid li issa huwa l-mument li, “rridu noħorġu idejna lil ħaddieħor,  filwaqt li appella għaż-żewġ Ewroparlamentari Nazzjonalisti biex jaħdmu f’tim wieħed favur Malta.

More in Politika