Clyde Puli joqtol iċ-ċans ta' bidla fit-tmexxija u jgħid li Delia se jibqa' sal-2022

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN jgħid li Adrian Delia se jibqa' sal-2022, minkejja l-akbar telfa fl-istorja politika

Adrian Delia, Kap tal-PN
Adrian Delia, Kap tal-PN

Xnigħat li t-tmexxija ta' Adrian Delia issa se tkin sfidata kienu kkuntrarjati mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli illi sostna li t-tiġrija bejn Joseph Muscat u Adrian Delian ser issir fl-2022 u ma kinitx din.

Hu kien qed iwieġeb mistoqsijiet mix-xandir nazzjonali, ftit wara illi l-Partit Laburista kiseb distakk rekord mill-Partit Nazzjonalista. Id-distakk jidher li se jlaħħaq il-45,000 vot. 

It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista ilha tkun sfidata u sa kien hemm pjanijiet biex Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni, attentat li ma rnexxiex. Jidher illi l-interess li jitneħħa Delia issa mistenni jerġa jiżdied. 

More in Politika